Aħbar sabiħa u mimlija ferħ tħabbret minn Monique Farrugia Muscat, magħrufa fuq il-midja soċjali bħala l-kreattriċi ta’ @heart_crafted_malta, hekk kif flimkien ma’ żewġha Christian Farrugia laqgħu fid-dinja lil binhom Nick.
Il-koppja qasmet il-mument speċjali mal-eluf ta’ segwaċi tagħhom permezz ta’ post emozzjonanti fuq il-midja soċjali, fejn introduċew lil Nick għall-ewwel darba. Diversi persuni sellmu lill-koppja b’messaġġi ta’ awguri u mħabba, filwaqt li ħafna esprimew il-ferħ tagħhom għal din il-kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom.
Minn hawn nawguraw lil Monique, Christian u ċ-ċkejken Nick ħafna saħħa, imħabba u mumenti sbieħ bħala familja ġdida.
Instagram / Monique Farrugia Muscat