Messaġġ sabiħ u mimli apprezzament tella’ Kunsill Lokali ta’ San Ġwann sabiex jawgura lis-Sindku Dominic Cassar fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.
Fil-messaġġ tagħhom, il-Kunsill irringrazzja lis-Sindku għad-dedikazzjoni u s-servizz tiegħu lejn il-lokalità tul dawn l-aħħar 20 sena, kif ukoll għall-ħidma tiegħu matul il-leġislatura attwali bħala Sindku ta’ San Ġwann.
“Nawguraw lis-Sindku tagħna, is-Sur Dominic Cassar l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu,” kiteb il-Kunsill, filwaqt li faħħar l-impenn kontinwu tiegħu lejn ir-residenti u l-lokalità.
Huma komplew billi awgurawlu aktar snin mimlijin saħħa, ġid u suċċess fil-ħidma tiegħu favur il-komunità.
Il-messaġġ ġab miegħu diversi kummenti ta’ awguri mingħand residenti u persuni li jafuh, b’ħafna jesprimu l-apprezzament tagħhom għall-ħidma li wettaq tul is-snin f’San Ġwann.
Facebook / Dominic Cassar