Ilbieraħ kien wieħed minn dawk l-episodji ta’ dan l-istaġun ta’ Love Island Malta li kulħadd kien kurjuż biex jara x’ser jiġri. Il-koppji ġew separati, fejn is-subien marru f’Casa Amor.
Fil-villa daħlu anke tliet ġuvintur, b’wieħed minnhom ikun Gabriel. Ir-ritorn ta’ Gabriel qanqal ħafna emozzjonijiet speċjalment għal Eve. Eve kelmitu u fhemitu li l-konnessjoni tagħha ma’ Matthew hi waħda b’saħħitha.
Fi tmiem l-episodju tal-bieraħ baqgħu ġejjin is-sorpriżi għall-islanders, hekk kif daħlu tliet tfajliet f’Casa Amor, fejn hemm l-islanders subien. It-tfajliet li qegħdin f’koppja magħhom ser ikunu qed isegwu kollox fuq il-laptop ta’ Love Island Malta.
Ġej l-inkwiet tgħid?