Lil Luca nafuh bl-iktar rokna vojta fuq it-televixin Malti! Donnhom ma kellhomx biex jimlew din l-imbierka rokna waqt Distintivi u malajr sabu lilu biex jimla’ dawn il-ftit sekondi. Imma nsomma, ngħiduha kif inhi ħafna drabi jnisslilna tbissima fuq fommna u din il-ġimgħa Luca wera li forsi mhux daqshekk vojt, għax qal erba’ kelmiet bis-sens.
Din il-ġimgħa r-rokna kienet aktar serja mis-soltu peress li jħares lejn is-suġġett tal-ħajja wara l-mewt. Hu jitkellem dwar esperjenza personali li għaddha minnha s-sena li għaddiet. Luca tilef lin-nanna tiegħu, li tista’ tgħid kienet l-akbar fan tiegħu… u forsi l-unika waħda sa dak iż-żmien. Insomma ċajt apparti, Luca jistqarr li meta wieħed ikun għadu żgħir ma tantx jaħseb fuq il-mewt għax ikun għaddej igawdi l-avventura tal-ħajja.
Iżda meta wieħed jibda jaħseb fuq il-mewt hu proprju l-mument li wieħed jibda jgħix? Għaliex tgħid? Faċli… wieħed jibda jirrealizza s-sabiħ tal-ħajja u l-affarijiet li għandhom tifsira u dawk li forsi huma aktar materjalistiċi. Insomma, ħa nħallukom tisimgħu lil Luca waqt il-famuża rokna tiegħu. Din id-darba, rokna BIS-SENS!
Facebook / Distintivi