Vince Bonello Pukka għadu kif beda podkasts fuq Youtube u Facebook fejn jiltaqa’ ma’ diversi persuni li jkollhom tagħlima x’jgħaddu lill-pubbliku permezz tal-esperjenza personali tagħhom. Fl-episodju tal-bieraħ Vince laqqagħna ma’ Duane Carabott, li fil-passat għadda mill-esperjenza tad-droga.
Duane jirrakkonta l-istejjer li għadda minnhom minn ċkunitu. Jitkellem dwar il-perjodu kif beda jirrikorri għas-sustanzi, iżda maż-żmien irnexxielu jsib l-għajnuna mingħand diversi għaqdiet, bħall-Caritas. “Ma kinitx daqshekk faċli li nieqaf minnha, kont għadni inħobbha”, jgħid Duane.
Jitkellem dwar il-fatt li hu ma jgħidx li mess mad-droga minħabba ħaddieħor, iżda kienet deċiżjoni tiegħu. “Jien ma nħobbx inwaħħal f’nies… ħadd ma qabadni minn xagħri, qatt ħadd ma qalli ‘ħu’ jew hekk… jien qatt ma ngħid waqqawni.” Duane jgħid li, “moħħok int tikkontrollah.”
Segwi aktar dwar l-esperjenza ta’ Duane billi tara dan il-podkast. Aktar informazzjoni dwar dan il-podkast tista’ tinstab HAWN
Youtube/ Seeker