Fuq Love Island Malta lbieraħ intwera l-episodju fejn l-islanders kellhom jiżfnu quddiem xulxin, biex wara jaraw b’liema rata ħabtet qalbhom. Meta nħarsu lura lejn l-edizzjonijiet tal-passat qalb l-islanders mhux dejjem ħabtet l-iżjed għall-persuna li qegħdin f’koppja magħhom.
Ilbieraħ inqalgħet ftit tensjoni hekk kif Matthew ma tantx kien kuntent biż-żfin ta’ Evie. Hu jgħid, “Iż-żejjed hux.” L-islanders irġiel kollha bdew jgħidu lil Evie li esaġerat u li Matthew deher iddiżappuntat wara l-wirja tagħha.
Evie ittenni li ma kellha ebda intenzjoni li tiddisrispetta lil Matthew, u kienet biss qiegħda timxi mal-logħba kif suppost. L-episodju jispiċċa b’Matthew u Evie jitkellmu. Erġa’ segwi l-episodju sħiħ HAWN