Gordon Manche jitkellem dwar id-dehra li jistqarr li kellu ta' Kristu waqt sezzjoni ta' talb li kellu fil-kamra tiegħu fl-Istati Unit meta kien hemm bħala ballerin. Hu jgħid li ġa kien jaf li kellu inklinazzjoni ta' sejħa iżda din il-viżjoni bħal donnha ikkonfermat dik is-sejħa.
Hu jgħid, "Jiena l-forma ta' raġel rajtha sħiħa però kien hemm dawl qawwi ħiereġ minn wiċċu. Jiġifieri l-forma ta' wiċċu ma rajthiex... wiċċu kien dija sħiħa."
Fuq il-mezzi soċjali hemm dawk li huma kompletament xettiċi dwar dak li qed jispjega Gordon Manche filwaqt li hemm oħrajn li jemmnu kompletament li hu kellu dik l-esperjenza, esperjenza speċjali.
Segwu l-filmat hawn taħt u għidulna x'taħsbu?
Facebook / Gordon-John Manché