Miriana Conte tkellmet ma’ Melanie Kelly waqt Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn issemmi diversi esperjenzi minn ħajjitha.
Titkellem dwar is-saħħa mentali, il-bullying u episodji li għaddiet flimkien mal-familja tagħha fil-passat. Se tifhmu li wara l-artist, hemm persuna bl-istorja tiegħu.
Waħda mill-affarijiet li semmiet Miriana kien il-fatt li dejjem kienet hi min hi, u qatt ma qagħdet lura milli turi l-karattru tagħha veru. M’għandniex xi ngħidu li l-karattru ta’ Miriana bla ma trid ser jogħġbok, u dik kienet xi ħaġa li nnutaha kull min iltaqa’ magħha.
“Xi ħaġa li nġorr miegħi dejjem, speċjalment riċentament fl-esperjenza tal-Eurovision, jien bqajt jien mill-bidu sal-aħħar. Meta kelli intervisti, spettakli, kif tkellimt, bqajt l-istess Miriana li tkellimha fit-triq, fis-supermarket. Kont għamiltha ċara mat-tim tiegħi, mal-PBS, mill-bidu li, ‘isma, jiena minix ħa ninbidel.'”
Segwi aktar fl-intervista hawn taħt:
Instagram/ Miriana Conte