Bil-Filmat: "Kuntenta Bil-Kisbiet Tiegħi. Fadal Triq Twila Imma Sodisfatta" – Kate: Writing My Story

L-appoġġ lejn Kate fuq il-midja soċjali, hekk kif qed taħdem kontinwament biex tagħmel progress, dejjem jiżdied. F’Mejju saret Sports4Kate, fejn rajna tant nies li sabu ħin jattendu għall-avveniment b’risq Kate, u wrew is-sapport tagħhom.

Kate flimkien mal-familja tagħha qed jagħmlu kull mhu possibbli biex jibqgħu determinati. Ftit ilu fuq il-paġna uffiċjali Kate; Writing My Story, ġie ppubblikat filmat li juri lil Kate b’determinazzjoni tkompli tasal pass ‘il quddiem.

“Kuntenta bil-kisbiet tiegħi. Fadal triq twila, imma sodisfatta. Pass, pass,” kitbu fuq il-paġna ta’ Kate: Writing My Story. Fil-filmat li xerrdu Kate tidher titjieb fil-passi tagħha bl-għajnuna professjonali tat-terapista.

Ibqa’ sejra hekk Kate!





Facebook/ Kate: Writing My Story



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI