Bil-Filmat: “L-Ansjetà Trid Titgħallem Tgħix Biha” – Gaetano

Wieħed mill-mistednin fuq il-programm televiżiv Sibtek, ippreżentat minn Ryan Borg, kien id-disinjatur Gaetano. Wieħed mis-suġġetti li ġew diskussi waqt l-intervista kien il-fatt li Gaetano jbati mill-ansjetà.

“Lil kulħadd taffetwa, imma hawn min forsi mhux b’saħħtu biżżejjed, u hawn min jipprova jiġġieled. U importanti li tipprova tiġġieled.”





“Ġieli għamilt jumejn fis-sodda nara t-televixin, min ikellimni naħtfu u ma jkolli aptit nagħmel xejn.” Hu żvela wkoll li għalkemm mhix sitwazzjoni faċli, irnexxilu jegħlibha. 

“Fuq Facebook forsi jarawni nidħak u niċċajta… imma l-ansjetà trid titgħallem tgħix biha. Ma  tistax tibqa’ ’l isfel. Trid tqum tgħix… Ma tridx tħalliha tgħelbek. Tiġġildilha u ġo moħħok tgħidilha ‘jien aħjar minnek’.” 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI