Fuq is-serje Andi Mack li qed jintwera fuq l-istazzjon ta’ Disney, intwera għall-ewwel darba karattru jgħid il-kliem ‘I’m Gay’.
Kien mument storiku għall-istazzjoni ta’ Disney li f’wieħed mis-serje tiegħu, jinkludi karattru gay, sewwa sewwa Cyrus Goodman, li qed jiġi nterpretat mill-attur Joshua Rush.
Is-sitwazzjoni tax-xena kienet ġewwa festin fejn tnejn mill-ħbieb femminili ta’ Cyrus, staqsewh jekk qalx lill-ħabib tiegħu bl-orjentazzjoni sesswali tiegħu, u ammetta li ma sabx il-mument opportun. F’daqqa waħda jdur fuq sieħbu, u waqt li jispjegalu x’hemm fuq il-mejda tal-ikel, Cyrus jgħidlu ‘I’m Gay’.
Tista’ tara dan il-mument hawn taħt:
Kienu ħafna dawk illi faħħru d-deċiżjoni tal-produtturi ta’ din is-serje kif ukoll id-diriġenti tal-istazzjon ta’ Disney, għaliex din hija l-ewwel darba li nkludew karattru prinċipali omosesswali f’kull serje li qatt dehret fuq Disney Channel.