Bil-Filmat: "Malta Hija L-Aktar Destinazzjoni Sigura Fl-Ewropa" – Il-Ministru Tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli

F’kollegament ilbieraħ filgħaxija ma’ CNN, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli spjegat kif 30% tal-ekonomija Maltija tiddependi fuq it-Turiżmu. Meta l-preżentatur jistaqsiha dwar il-fatt li Malta ma tistax tpoġġi l-Coronavirus l-ewwel minħabba li l-Ekonomija Maltija tiddependi daqshekk fuq it-Turiżmu, il-Ministru tgħidlu li Malta poġġiet il-Coronavirus l-ewwel.





Malta għamlet dan meta fi Frar kellna l-ewwel każi tal-Coronavirus u konna l-ewwel pajjiż Ewropej li għalaqna l-ajruport tagħna. Il-Ministru tistqarr li pajjiżna huwa l-aktar pajjiż sigur fl-Ewropa. Hi tkompli tispjega li l-fatt li ġew ittestjati numru kbir ta’ nies, għen f’din l-imxija b’hekk ninsabu lesti biex nilqgħu t-turisti!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI