Jekk trid tidħak daħka, impossibbli ma tarax dan il-filmat ta’ Mario u PJ fejn kellhom jidħlu għal sfida xejn pjaċevoli. Sfida li t-tim tal-produzzjoni ta’ Ħadd Għalik talabhom jagħmlu. Huma intalbu li jieklu ftit ħelu, xejn gravi meta tisma’ hekk… iżda dawn il-ħelu kellhom togħma verament taħraq.
Huma kellhom ħames ħelwiet fejn kull ħelwa kienet iktar taħraq minn dik ta’ qabilha. Huma riedu jagħżlu liem ħelwa ħa jieklu mingħajr ma kienu jafu jekk il-ħelwa li hemm moħbija taħt it-tazza hux ħelwa taħraq jew inkella sempliċiment ħelwa normali li tipprovidilek ftit ħlewwa flok ħruq sfrenat.
Segwu l-filmat t’hawn taħt biex taraw min rebaħ din l-isfida u r-reazzjoni tagħhom għal dawn il-ħelu. Int kieku titħajjar tipprovahom?
Facebook / Ħadd Għalik