Fost it-talent li spikka lbieraħ insibu lill-kantanta bravissima Martina Borg li interpretat kanzunetta oriġinali tagħha. Hi kkumplimentat il-vuċi sabiħa tagħha bid-daqq tal-pjanu.
Minnufih il-ġurija ntebhu bl-awtentiċità tagħha u bil-mod partikolari li bdiet tinterpreta l-kanzunetta. It-timbru ta’ leħinha hu xi ħaġa li laqtgħet lill-ġurija kollha, u li żgur ser jibqgħu jiftakruh.
Martina għaddiet għall-fażi li jmiss minnufih b’erba’ IVA mingħand il-ġurija. Il-ġurija apprezzaw ħafna t-teknika li użat u l-kapaċita tagħha li min qed jismagħħha jifhem l-emozzjoni ta’ kull kelma.
Kien hemm diversi mumenti partikolari fejn Martina laqtgħet lill-membri tal-ġurija fosthom is-saħħa vokali li biha tagħti kulur lill-kanzunetta.