Il-kantant Matthew Grech li konna rajnieh jieħu sehem fl-ewwel sensiela ta’ X Factor Malta, lbieraħ nieda kanzunetta interessanti ferm. Il-Kanzunetta fuq fomm kulħadd Jerusalema ġiet maqluba għall-Malti minn Matthew Grech innifsu.
Il-kliem huma reliġjużi u b’messaġ pożittiv ħafna. FIl-kanzunetta jieħdu sehem Daichan Galea bhala rapper u Nevice Gatt. Il-kanzunetta li għandha forma ta’ talba għandha lirika li tgħid hekk;
F’ Ġerusalemma, Il-belt qaddisa, Għall-poplu t’ Alla! Hu l-aqwa Mexxej, Salvatur u Feddej.
Int Alla tiegħi, Jien lilek naqdi. Lilek nadura. Tiegħek huma l-qawwa w l-għerf. Ġustizzja, paċi w’ ferħ.
Ħa jkun dan l-isem. Ta’ Alla mbierek. Minn iss’ għal dejjem. Ngħidlek ouh, xi pjaċir! Inti ħlistni mill-ilsir!
Proset Matthew!