Andrew Borg Carbott, żagħżugħ ta’ 25 sena, li wħud minnkom forsi tiftakruh f’xi drama meta kien iżgħar! Andrew bħal ħafna oħra għandu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħu, iżda minħabba l-marda li ħakmitu meta kien għadu tifel, kien kemxejn limitat.
Hu jistqarr, “Mhijiex faċli li 13-il sena wara għadek qed iġġorr piż miegħek, imdendel ma’ saqajk li trid kull darba ssolvi meta ħa tagħmel pass ġdid f’ħajtek.” Riċentament il-Ministru Roderick Galdes flimkien mal-gvern ħarġu bi skema li fejn il-banek u assigurazzjonijiet ma jkoprux lil min ikun marad, il-gvern ħa jidħol u jservi bħala garanzija.
Andrew jgħid li issa, “nistgħu nkomplu, nista’ nibni ħajti, nista’ jkolli l-post tiegħi nista’ nibni familja, nista’ nissetilja… ir-reazzjoni tiegħi għal din l-aħbar hija tajba ħafna, eċitata biex inkomplu naħdem u nimxi ‘l quddiem, ikolli l-post tiegħu u jkolli ħajja ġdida.”
Din l-inizjattiva hi waħda li tassew kienet bżonnjuża, u jekk xi ħadd ilu li fieq snin mill-marda għaliex għandu jibqa’ jġorr dan il-piż miegħu!? Piż li jwaqqfu mili jkompli għaddej b’dk b’ħajtu. Prosit kbir lill-Ministru Roderick Galdes u t-tim kollu li fl-aħħar ħadu azzjoni fuq xi ħaġa tassew bżonnjuża.