Bil-Filmat: "Meta Ltqajna FIl-Bidu L-Problema Mentali Kienet F'Punt Kritiku Ħafna" – Maria U Tiziana Jirrakontaw L-Istorja Tagħhom

Maria Cuschieri kienet waħda mill-mistednin ta’ Sibtek fejn qassmet ma’ Ryan l-esperjenza tagħha. Maria tgħid li ta’ 4 snin ġiet adotata. Xi ħaġa li vera xtaqet għax kellha familja li tieħu ħsiebha. Meta bdiet tikber, Maria bdiet tħoss li s-sesswalita tagħha hi differenti u kienet fetħet qalbha ma’ dawk viċin tagħha.

Iżda persuna partikolari tgħidilha li, “jekk beħsiebek tibqa’ bdan il-ħsieb, nitfawk ġo skola tas-subien”. Din kienet xi ħaġa li weġġgħet ħafna lil Maria. Ta’ 17’il sena Maria tinqabad tqila u sir omm. Maria tisħaqq li “l-affarijiet li jgħidulek kemm tajjeb jew ħażin ikollhom impatt fuqek”. Apparti minn dan Maria tgħaddi minn problemi ta’ saħħa metali u kif ukoll jaqbadha kanċer. Maria tappella, “Meta tfittex l-għajnuna l-problema ma tibqax kbira u tista’ taqsamha ma’ xi ħadd”. Maria tiltaqa’ mas-sieħba Tiziana li din tgħina taffaċja l-ħajja.

Ara din l-intervista b’messaġġ kbir: 





Proset Maria!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI