Bil-Filmat: "Mhux Faċli! Filli Tkun B'Saħħtek…" – Imut Bl-ALS Pazjent F'Dar Bjorn

Dar Bjorn għadhom kif ħabbru l-mewt ta’ wieħed mill-pazjenti tagħhom Mark Farrugia, li miet wara xhur twal jissielet mal-marda tal-ALS.

F’filmat kommwoventi li qasmu Dar Bjorn, Mark Farrugia jirrakonta kif ra l-ewwel sinjali tal-ALS meta darba fost l-oħrajn daħal il-Belt u kontinwament beda jzappap. Dlonk intebaħ li dan mhux normali. “Qaluli li ġejt diagnosed bl-ALS,” żied jgħid.

Minkejja li din l-aħbar laqtitu bħal sajjetta fil-bnazzi, madankollu huwa żamm reżiljenti anke jekk stess għalih, “ma kienx faċli.. filli tkun b’saħħtek u mbagħad tieqaf.”

Intant, Dar Bjorn sellmu l-memorja tiegħu filwaqt li ħabbru li l-funeral sa jkun qiegħed iseħħ nhar it-Tlieta fit-8.30am fil-Paroċċa ta’ Ħal Tarxien.





Strieħ fis-sliem!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI