“Il-Proċedura Marret Tajjeb” – Il-Paġna Tal-MFA Women’s Futbol Tawgura Fejqan Ta’ Malajr Lil Lexine Farrugia Wara T-Tieni Operazzjoni

Il-paġna tal-MFA Women's Futbol bagħtet messaġġ ta’ appoġġ lill-plejer Lexine Farrugia wara li għaddiet b’suċċess mit-tieni operazzjoni tagħha. Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, awguraw lil Lexine fejqan ta’ malajr, filwaqt li faħħret il-kuraġġ u d-determinazzjoni li wriet matul dan il-vjaġġ diffiċli.



"Is-saħħa, ir-reżiljenza u l-attitudni pożittiva tiegħek matul dan il-vjaġġ kienu tassew ta’ ispirazzjoni. Ninsabu ferħanin li l-operazzjoni marret tajjeb u nawgurawlek fejqan kwiet hekk kif tkompli tavvanza pass pass." Huma żiedu li qed jistennew bil-ħerqa l-jum li Lexine tkun tista’ terġa’ tagħmel dak li tħobb l-aktar.

"Nistennew bil-ħerqa li narawk lura tagħmel dak li tħobb, meta jasal il-waqt." Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, huma reġgħu awguraw lil Lexine fejqan ta’ malajr.

"Nawgurawlek fejqan ta’ malajr, Lexine!"

Ritratti:

Facebook / Lexine Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI