Bil-Filmat: "Nemmen Li Rabbejt Qoxra… Ikolli Ġranet Bħal Kulħadd Li Ma Nkunx Qed Inħossni Tajba" – Gaia

Fil-jiem li għaddew, il-kantanta lokali Gaia kienet waħda mill-mistiedna fil-programm Distinitivi li ddiskuta l-midja soċjali u l-kummenti u messaġġi li wieħed jgħaddi fuq il-pjattaformi soċjali. Gaia, li llum il-ġurnata għandha tant u tant segwaċi, titkellem kif kemm-il darba tirċievi messaġġi dispraġġjattivi u distruttivi fil-konfront tagħha.





Gaia tispjega li hi fl-aħħar mill-aħħar persuna bħall-oħrajn u jkollha l-ġranet fejn tħossha tajba u jkollha ġranet fejn ma tħosshiex daqshekk tajba. Ċerti kummenti taf ġurnata minnhom anqas biss tati kashom, filwaqt li kummenti oħra taf ikissruha f’jum ieħor. Kultant ma nirrealizzawx li kelma żejda jista’ jkollha impatt qawwi.



Gaia fil-jiem li għaddew ħarġet ukoll il-kanzunetta Message. Kanzunetta qawwija li fiha messaġġ qawwi, aħna nħallu lilkom sabiex tisimgħu l-kanzunetta tagħha hawn taħt.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI