L-appoġġ lejn Kate fuq il-midja soċjali, hekk kif qed taħdem kontinwament biex tagħmel progress, dejjem jiżdied. Ftit ilu saret il-famuża Sports4Kate, fejn rajna tant nies li sabu ħin jattendu għall-avveniment b’risq Kate, u wrew is-sapport tagħhom.
Kate flimkien mal-familja tagħha qed jagħmlu kull mhu possibbli biex jibqgħu determinati. Ftit ilu fuq il-paġna uffiċjali Kate; Writing My Story, ġie ppubblikat filmat li juri lil Kate b’determinazzjoni tkompli tipprova timxi ‘l quddiem.
“Nibqgħu nippruvaw,” kitbu fuq il-paġna tagħha. Bosta kkummentaw fejn jinkoraġġuha tkompli tirsisti kif inhi tagħmel.
Facebook/ Kate: Writing My Story