Bil-Filmat: "Ninsab Eċċitat Ħafna Li Se Mmur Malta" – Damiano David

Damiano David, il-kantant tal-grupp popolari Måneskin, li se jkun wieħed mill-artisti ewlenin fl-Isle of MTV Malta ta’ din is-sena, esprima l-eċċitament tiegħu dwar iż-żjara tiegħu fil-gżira Mediterranja.

“Ninsab eċċitat ħafna li se mmur Malta,” qal Damiano. “Qatt ma mort hemm qabel, imma ħija kien mar u rrakkontali ħafna stejjer dwar kemm kienet sabiħa u vivaċi.”

Damiano kien tal-opinjoni wkoll li hija esperjenza tassew divertenti, mimlija enerġija, kulur u kultura. Skontu, pajjiżna għandu ħajja meraviljuża speċjalment matul il-lejl, ikel mill-aqwa, u nies b’qalb tajba u ġenerużi.

Hu jżid dawn huma tnejn mit-tliet affarijiet li nħobb l-aktar, mużika, ikel tajjeb u nies b’qalbhom tajba.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI