F’Novembru li għadda Puttinu Cares fuq il-mezzi soċjali tagħhom kitbu messaġġ fejn ħabbru l-mewta ta’ AJ Difesa, li ħalla din id-dinja ta’ 14-il sena. Ħafna wrew is-sogħba tagħhom dakinhar kif ukoll semmew il-karatteristiċi sbieħ li kellu.

Ritratt: Facebook/ Puttinu Cares
Hekk kif dalwaqt ħa tkun qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu, fil-Ġimgħa l-Kbira, fuq il-paġna uffiċjali qasmu filmat qasir b’kumment mill-qalb ta’ omm AJ.
“Puttinu jfisser ‘Imħabba kbira’,” tgħid b’emozzjoni Charlene omm AJ Difesa. Ejjew ningħaqdu għal darb’oħra biex ngħinu lil min hu inqas ixxurtjat!
Fil-Ġimgħa l-kbira għin lil Puttinu.
Facebook/ Puttinu Cares