Bil-Filmat: "Qed Nisimgħu Jgħid, 'Hawn Priġuniera Maħruba. Nibgħatha Dritt Il-Ħabs Jew Inġibha D-Depot?'" – Theresa Gauci

Theresa Gauci kienet mistiedna waqt il-programm Bundytime, fejn tkellmet dwar mument umoristiku lura fiż-żmien meta kienet tieħu sehem f’Santa Monika. Kienet mgħaġġla u ġriet lejn il-lights biex tilħaq taqsam hekk kif kien għadu ma qalibx aħmar.

“Kien hemm pulizija tat-traffiku u qallu, ‘Oj, Oj int fejn bi ħsiebek sejra!’ Għidtlu, ‘Sir, ħa naqsam għax mgħaġġla u ħa jaqleb id-dawl.’ Qalli, ‘Ieqaf hemm.’ U waqaft jiena.”

F’daqqa waħda l-pulizija qabad il-mobile u għamel telefonata u beda jitkellem dwarha.

“Tani daru, qabad iċempel lil xi ħadd… qed nisimgħu jgħid, ‘Hawn priġuniera maħruba. Nibgħatha dritt il-ħabs jew inġibha d-depot?’,” kompliet tirrakonta Theresa.

Araw kif kompliet!





Facebook/ Fuq 3 faċċati



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI