Amy, it-tifla ta' Mildred titkellem fuq il-programm Popolin fejn taqsam kif għexet l-esperjenza tal-mewt tal-għażiża ommha. Hi tistqarr li meta jinqala' xi ħaġa, l-ewwel li kienu jkellmu hi lill-għażiża ommhom iżda sfortunatament illum il-ġurnata dan ma jistgħux jagħmluh hi u ħutha.
Hi tgħid tħossha mitlufa kompletament u tħoss in-nuqqas tal-iktar affarijiet żgħar, bħal li tmur għand ommha, tixrob belgħa te magħha u tgħid kelma. Timmissja l-fatt li f'kull għeluq sninhom, kienet taħmi kejk. Affarijiet li jidhru żgħar u forsi hemm barra n-nies ma jifhmux eżattament, imma kienu mument speċjali minkejja sempliċi li llum ma jistgħux jgħixuhom iktar.
Amy tgħid li kieku kellha tiltaqa' ma' min qatel lil ommhom, ma tafx x'taqbad tgħidlu għax għaliha l-affarijiet li suppost għamel kienu ovvji u ommha qatt ma tista' terġa' tiġi lura.
Segwu l-kummenti tagħha hawn taħt!
Facebook / Popolin