Il-preżentatur Ivan Gaffiero kontinwament itella’ kontenut fejn jindirizza lil min qed isegwu u jikkomunika direttament man-nies, biex jagħmel kuraġġ lil dak li jkun.
Ivan jibda billi jħeġġeġ lil kull min forsi għandu xi problema għaddejja, biex ma jħallihiex titfgħu lura. Il-kuntrarju, jagħmel sforz kbir u jiġġilidilha, bil-fiduċja li jegħlibha bħalma għeleb ċirkustanzi oħrajn.
“Qum minn hemm, ħares ‘il quddiem, u għid, ‘Jien ħa nqum u ħa niġġieled’… taħseb li jien ma kellix mumenti diffiċli fil-ħajja? Iġġilidthom u rbaħthom. U hekk trid tagħmel int l-istess!… Nawguralek dak kollu li tixtieq qalbek!”
Bosta apprezzaw kemm ixerred kuraġġ fuq il-midja soċjali u anke qablu miegħu. Segwu dan il-messaġġ sabiħ fil-filmat. Prosit Ivan!