“Grazzi Tal-Ferħ Li Tiżra. Il-Ħbiberija Tagħna Dejjem Kienet Hemm Għall-Ġid… Nawguralek Is-Saħħa” – Natius Farrugia F’Għeluq Snin Joe ‘Id-Dulli’

Natius lid-Dulli

Joe Farrugia ‘id-Dulli’ jibqa’ personalità magħrufa u maħbuba minn ħafna, speċjalment fost dawk li ilhom isegwuh jew jafuh personalment.

Huwa magħruf għall-karattru ferrieħi tiegħu u għal kemm iġib tbissima fuq wiċċ in-nies. ‘Id-Dulli’ dejjem rajnieh ixerred pożittività madwaru flimkien ma’ martu Veronica.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, Natius Farrugia għażel li jawgurlu b’messaġġ mill-qalb fuq Facebook fejn kiteb: “Happy Birthday Joe Farrugia. Grazzi tal-ferħ li tiżra. Il-ħbiberija tagħna dejjem kienet hemm għall-ġid… Nawguralek is-saħħa…” – kliem sempliċi iżda mimli tifsira li juri kemm din il-ħbiberija hija apprezzata u kemm id-Dulli jibqa’ jagħmel differenza fil-ħajja ta’ oħrajn.

Qasam anke ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb Joe ‘id-Dulli’! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI