Rajnieha tkanta fuq X Factor fil-fażijiet tal-awdizzjonijiet, rajnieha ssajjar fuq Come Dine With Me fejn grazzi għaliha kellna ġimgħa mimlija kuluri, u lbieraħ kienet il-mara li ġibdet l-attenzjoni ta' Robbie Williams.
Fuq il-mezzi soċjali tagħha Ruth irringrazzjat lil kulħadd li għaddielha l-filmati tagħha ma' Robbie Williams waqt il-festival Aftersun li fih kien hemm il-kantant lokali AIDAN li ngħaqdet miegħu għal xi kanzunetti Ira Losco, Robbie Williams u d-DJ Gigi D'Agostino.
Ruth spiċċat iċ-ċentru tal-attenzjoni waqt il-kanzunetta She's The One. L-eċitament ħakem sew xħin Robbie tellaha fuq il-palk, għax Ruth bilkemm setgħet temmen ix-xorti li qed tgħix dan il-mument.
L-istazzjon tar-radju Magic Malta 91.7, ilbieraħ tard billejl tella' filmat ta' dan. Araw il-filmat hawn taħt!