Konna ilna ngħidu li għandu jiġi l-maltemp, żmienu wara kollox iżda fl-aħħar nistgħu ngħidu li waslet l-ewwel xita qalila ta' din is-sena. Kif wieħed jista' jara fil-filmat, maltempati bir-ragħad deħlin mill-Punent, dawn huma assoċċjati ma’ front dgħajjef t’arja kiesħa.
View this post on Instagram
Milli jidher dan il-maltemp ittardja xi ftit mill-ħin li kien previst li jolqot il-gżejjer Maltin minħabba nuqqas ta’ riħ madwar il-gżejjer Maltin. Dan il-maltemp għandu jkompli għaddej matul din il-ġimgħa, bit-temperatura lokali mistennija tonqos ukoll.
Forsi nistgħu ngħidu li wasal iż-żmien li noħorġu uffiċjalment il-ħwejjeġ tax-xitwa, nibdew nilbsu l-komma twila u xi ġakketta wkoll. Min jitpaxxa b'dan it-temp iħallilna kumment fuq il-mezzi soċjali!
Facebook / It-Temp Madwarna