Bil-Filmat: “Sibt Fjamingu Ieħor… Tar U Nstabat Ġol-Ħġieġ” – Kevin Mallia Jgħid Li Dan Kien Fost Dawk L-Annimali Li Mietu

Kevin Mallia tkellem ma’ WhosWho.mt fejn żvela li fost il-ħsarat li ħalla warajh il-blast qawwi kien hemm ukoll il-mewt ta’ diversi għasafar, fosthom fjamingu li tar u nstabat fil-ħġieġ.

F’kummenti li ta lis-sit, Mallia spjega kif beda jsib diversi għasafar mejtin wara l-inċident. Hu qal li xi wħud minnhom ħabtu ma’ strutturi minħabba l-fixkla kkawżata mill-isplużjoni, filwaqt li oħrajn jidher li mietu b’attakk tal-qalb minħabba l-qawwa tal-blast.



Mallia rrakkonta li fost l-annimali li mietu kien hemm ukoll fjamingu li nstabat fil-ħġieġ wara li tar waqt il-kaos li ħoloq l-inċident. Apparti l-annimali li mietu, instabu wkoll diversi ħsarat materjali, fosthom air conditioners maqlugħin minn posthom u bibien mifqugħin. Hu spjega li s-saħħa tal-blast kienet kbira ħafna u li għadhom qed jevalwaw l-estent sħiħ tal-ħsarat li saru.



Mallia qal li jinsab imnikket ferm minħabba t-telf tal-għasafar. Hu sostna li filwaqt li l-istrutturi u l-oġġetti li ġarrbu l-ħsara jistgħu jissewwew jew jinbidlu, l-annimali li mietu ma jistgħux jiġu lura. Fosthom għasfur li kellhu aktar minn 50 sena!

Filwaqt li għaddejja l-ħidma biex jiġu stmati l-ħsarat kollha kkawżati mill-blast, il-mewt tal-għasafar baqgħet waħda mill-aktar konsegwenzi li ħalliet impatt emozzjonali fuq Mallia.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI