Omm Jasmine, fuq il-paġna Jasmine’s Journey, esprimiet il-ferħ li tħoss għall-mumenti li għal ħaddieħor huma ordinarji.
Hi spjegat, “Kemm inħossni ferħana, ngħidilha tiġi fejn il-Mummy u naraha miexja lejja. Qatt ma nista’ nieħu dawn il-mumenti għall-għarrieda. Tgħallimt li xejn ma hu garantit, u wara kull tragward hemm sigħat twal ta’ xogħol iebes, determinazzjoni, tama, u perseveranza.”
Żiedet tgħid, “Dawn il-mumenti li jidhru daqshekk ordinarji għal xi wħud, huma l-istess mumenti li aħna niċċelebraw l-iktar, għax nafu eżatt x’kien hemm bżonn biex naslu s’hawn. U għal dan, qalbi mimlija.”
Tassew ninsabu kburin b’Jasmine, u bid-determinanza tagħha li wasslitha s’hawn. Ix-xogħol iebes tagħha qed iħalli l-frott warajh.
Facebook / Jasmine’s Journey