“Sar Xogħol Ta’ Zebgħa U Tikħil Sabiex Insebbħu L-Ambjent Għar-Residenti U L-Viżitaturi” – Kunsill Lokali Birkirkara

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ħabbar fuq il-paġna tiegħu xogħol li sar fil-lokalita` biex tissebbaħ. Dan ġie spjegat fuq il-paġna uffiċjali tagħhom flimkien ma’ ritratti li juru din il-bidla.

Kitbu, “Hekk kif bdejna ġimgħa oħra, nixtiequ naqsmu magħkom dawn ir-ritratti li juru t-tisbiħ li sar fiż-żona ta’ Triq Mannarino. Biex inkomplu nagħtu dehra aktar sabiħa u milqugħa lil din iż-żona, ħawwilna pjanti ġodda, filwaqt li sar xogħol ta’ zebgħa u tikħil sabiex insebbħu l-ambjent għar-residenti u l-viżitaturi.”



Żiedu jgħidu, “Din il-ħidma hija xhieda tal-impenn kontinwu tal-Kunsill, li baqa’ jaħdem b’dedikazzjoni u jkompli jwettaq il-proġetti tiegħu għax għalina, il-prijorità dejjem tibqa’ li nkomplu ntejbu l-lokalità tagħna.”





Ritratti:

Facebook / Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI