Fl-isfond tal-gwerra li tinsab għaddejja bejn l-Iżrael u l-Palestina, il-Papa Franġisku appella għall-paċi filwaqt li sostna li dan il-ġenoċidju jeħtieġ li jintemm mill-aktar fis.
“Nappella bis-saħħa kollha sabiex tfal, pazjenti, anzjani u nisa, fost nies ċivili oħrajn, ma jisfgħux vittmi ta’ dan il-kunflitt,” sostna l-Papa Franġisku fl-indirizz tiegħu mill-Vatikan.
Huwa tenna l-importanza li kwalunkwe diverġenzi internazzjonali ma joħonqux id-drittijiet umani tal-popli rispettivi.