Bil-Filmat: Taħsbu Li Hu Xieraq Li Jsiru Ċelebrazzjonijiet Bħal Dawn?

Filmat li inġibed live spiċċa fiċ-ċentru ta’ kontroversja fuq il-midja soċjali minħabba li juri numru ta’ nies ġewwa jiċċelebraw fil-ġimgħa tal-festa tal-belt tagħhom. Il-filmat milli jidher inġibed ġewwa Ħal Qormi u juri numru ta’ akkaniti jiċċelebraw flimkien. Il-kulur aħmar jiddomina.

Kien hemm ħafna li wrew it-tħassib tagħhom dwar avvenimenti ta’ dan it-tip minħabba l-Covid-19 iżda tajjeb li nfakkru li r-restrizzjonijiet ta’ kemm nies jistgħu jiltaqgħu f’post fuq ġewwa ġew imneħħija aktar kmieni dan ix-xahar. Dan ifisser li dawk kollha li kienu hemm ma kienu qed jagħmlu xejn ħażin.

Dan kien wieħed fost in-numru ta’ kummenti ta’ dan it-tip, “Kulħadd jagħmel li jrid x’jimpurtana, għalxejn kienet tħambaq mara ta’ kalibru Profs Gauci lanqas ħaq qagħdet tgħidilna żommu social distancing.”





Persuna oħra saħqet, “Ma nitgħallmu qatt aħna l-Maltin.” Imma wieħed bla ma jrid jitfixkel, dan għaliex il-filmat kif wieħed jista’ jara ġie mtella’ mill-Ministru Roderick Galdes u mhu jiġri xejn ħażin fil-filmat, iżda sal-bieraħ stess il-Professur Charmaine Gauci fuq il-midja soċjali tagħha qasmet artiklu titlok li tinżamm id-distanza soċjali.

Sinjur ieħor qajjem punt validu ħafna fuq il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, “dejjem l-istess kwistjoni fuq il-festi. Jekk mhux għax Ċikku għax Peppi u jekk mhux għax Peppi għax Ġwakkin. Naraw x’ħa nagħmlu biex naqbdu mal-festi. Għaliex ma nxandrux dak kollu li jiġri?”

Hu jkompli jimraħ billi jgħid, “Mil-ġimgħa l-oħra l-ikbar żewġ clubs ġo Malta reġgħu fetħu l-bibien tagħhom … Kollha bis-social distancing kienu, hehe! Paceville xi ngħidu fuqu? Eluf ta’ nies jitmegħku fuq xulxin!! Il-lidos li fi żmien il-pandemija saru klabbs? Mela każin ġo raħal irridu nuru x’għamel?”

Hu jagħlaq, “Min hu rasu fuq għonqu jaf sew x’qed jiġri u m’hemmx għalfejn joqgħod jara erbgħa min-nies ġo bar ġo raħal. Sewwa jgħidu li dejjem iż-żgħir bela’ kollox!”

Facebook / Roderick Galdes



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI