Destiny kienet mistiedna waqt TVAM fejn irrakkuntat l-esperjenza tagħha fil-Eurovision Song Contest. b’mod speċjali dik ta’ ġimgħa ilu. Propju l-Ħamis 15 ta’ Mejju, meta sar it-tieni semifinali tal-Eurovision ta’ din is-sena, Destiny kienet waħda mill-mistednin speċjali.
Il-kantanta lokali hi grata immens li kellha ċ-ċans terġa’ tgħix is-sentimenti li jġorr miegħu l-palk tal-Eurovision, kif ukoll terġa’ tħoss il-messaġġ qawwi tal-kanzunetta tagħha All of my Love.
Destiny issemmi l-ħidma twila li ma tieqafx għal xhur sħaħ biex itellgħu prestazzjoni bħal dik tal-ġimgħa l-oħra. “Meta narani ngħid, mela dik il-ħidma swiet għall-performance ta’ ħajti.”
Temmen li l-wirja li tat f’Basel ftit ilu, kompliet tagħtiha l-kuraġġ li tibqa’ għaddejja bil-karriera mużikali tagħha.
“Nixtieq li nkompli nispira lin-nies. Issa wasal iż-żmien li naħdem fuqi nnifsi… dan kollu li ġara, tani l-kuraġġ li noħroġ u nemmen fija nnifsi aktar,” tgħid Destiny. Segwi aktar:
Facebook/ Destiny Chukunyere