Bil-Filmat: Toħroġ Silta Qasira Mill-Wirja Ta’ Eliza Borg Waqt Il-Provi Tal-Junior Eurovision Song Contest!

Nhar is-Sibt li ġej, Eliza Borg, ir-rebbieħa ta’ The Voice Kids Malta se tkun qed ittajjar il-bandiera Maltija permezz tal-kanzunetta tagħha I Believe, kanzunetta miktuba minn Elton Zarb, Muxu u Destiny Chukunyere.



Il-ħila vokali ta’ Eliza qed tħalli ħafna segwaċi impressjonati u jidher li tul il-provi, it-talent ta’ Eliza spikka tassew. Il-Junior Eurovision Song Contest din is-sena qed isir ġo Tbilisi, l-Ġorġja u hemm 18-il pajjiż qed jikkompetu biex jirbħu din l-edizzjoni.



L-Armenja, l-Ukrajna, Spanja u Franza jidhru li huma fost il-favoriti li jirbħu l-festival il-Ħadd li ġej. Minn għada, il-poplu Malti jista’ jsemma’ leħnu u jivvota tliet kanzunetti favoriti tiegħu. Wieħed jista’ wkoll jivvota lil Malta.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Eliza u lit-tim Malti kollu l-isbaħ xewqat f’din l-avventura. Ninsabu kburin bik!



Ritratti:

Facebook / Eliza Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI