Kunċert Kbir Fil-Belt Se Jiċċelebra L-Aqwa 20 Kanzunetta Maltija Li Vvutaw Għalihom Il-Maltin

Kunċert kbir fil-qalba tal-Belt Valletta se jkun qed jiċċelebra l-aqwa kanzunetti Maltin li għażlu l-Maltin stess. L-Aġenzija Valletta Cultural Agency ħabbret li se torganizza spettaklu mużikali speċjali li se ġġib fuq palk wieħed numru ta’ artisti Maltin magħrufa biex iwasslu l-“Aqwa 20 Maltin”, jiġifieri l-kanzunetti li l-pubbliku vvota għalihom.

Dan il-kunċert se jsir fit-30 ta’ Mejju fi Pjazza San Ġorġ, fejn il-pubbliku se jkollu l-opportunità jgawdi dawn il-kanzunetti f’arranġamenti ġodda b’orkestra live taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.



L-avveniment se jiġbor fuq l-istess palk għadd ta’ kantanti Maltin magħrufa li se jwasslu dawn il-kanzunetti popolari li baqgħu jgħixu fil-memorja kollettiva tal-Maltin. Fost l-artisti li se jieħdu sehem hemm Sarah Bonnici, Daniel Cauchi, Mike Spiteri, Mary Rose Mallia, Brooke Borg u MARA.



Se jkomplu jżidu mal-line-up ukoll Fabrizio Faniello, Georgina Abela, Gillian Attard, Ludwig Galea, Mark Spiteri Lucas, Mary Spiteri u Priscilla Psaila.



Il-lista tal-artisti tinkludi wkoll lil Ivan Grech u Hermann Bonaci, li flimkien mal-bqija tal-kantanti se jagħtu ħajja ġdida lil dawn il-kanzunetti li kisbu popolarità kbira fost il-pubbliku Malti.

Dan il-kunċert mistenni jkun ċelebrazzjoni tal-mużika Maltija, fejn il-kanzunetti li għażlu l-Maltin stess se jerġgħu jinstemgħu f’format spettakolari u b’arranġamenti orkestrali fil-qalba tal-kapitali Maltija.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI