Bil-Filmat: Tromba U Maltempati Vjolenti Jħallu Ħerba Fi Sqallija

Matul il-lejl li għadda, tromba tal-arja kkawżat bosta ħsarat u għamlet ħerba kbira fl-inħawi qrib l-ajruport ta’ Catania fi Sqallija.

Għexieren ta’ siġar spiċċaw maqtugħa bir-riħ u x-xita, xi ħitan waqgħu u bosta fdalijiet għadhom fit-toroq u qed jitneħħew. Apparti minn dan, iġġarfu xi partijiet esterni ta’ xi djar u bosta vetturi spiċċaw inqelbu u sofrew xi ħsarat.



Minkejja dawn il-ħsarat kbar, jidher li s’issa ma weġġa’ ħadd, għalkemm bosta membri tas-salvataġġ marru fuq il-postijiet fejn kien hemm emerġenzi serji.

Facebook/Malta, News, Photos and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI