Bil-Filmat: Wara L-Multa Tal-Bieraħ Il-Kaboċċ Illum Jinsab Preparat Waħda Sew!

Lill-Kaboċċ kulħadd jafu għal kemm hu ċajtier u dejjem jara kif ħa jnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun! Ilbieraħ kif ħafna minnkom ġa jafu spiċċa weħel multa għax ma kienx libes il-maskra sew waqt il-ħin tax-xogħol. Hu kellu raġuni għal dan kif tistgħu ssegwu HAWN iżda illum hu malajr lesta ruħu biex dak li ġralu lbieraħ ma jerġax jiġrilu.

Hu prepara l-maskra, balaklava, tape, googles... insomma kif tisgħu taraw fil-filmat ħa jkun tassew sigur. Tant hu hekk li ommu tgħidlu li żgur m'hemmx ċans li tilħqu l-Covid-19 tant kemm ħa jkun protett!



Tajba Kaboċċ! Nissiltilna tbissima dalgħodu fuq wiċċna!

Facebook / Christopher Il Kabocc

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI