Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ser ikunu qed jiġu rilaxxati l-miżuri f’dawk id-djar tal-anzjani fejn iktar minn 90% tar-residenti tlaqqmu bit-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u għaddew għaxar t’ijiem minn meta ħadu t-tilqima.
Mill-jiem li ġejjin, il-familjari u qraba ser ikunu jistgħu jerġgħu jibdew iżuru lil anzjani tagħhom, jitneħħew il-bubbles f’dawn id-djar u l-anzjani residenti ser ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu mid-djar b’mod liberu.
Fearne qal ukoll li ser toħroġ sejħa għat-tobba tal-familja li jridu jlaqqmu l-pazjenti tagħhom u anke jekk hemm minnhom li jixtiequ jgħinu fiċ-ċentri tal-vaċċinazzjoni.