Dalgħodu ġew ordnati tlett djakni ġodda fil-knisja f’Malta, Fra Mauro Zammit OFM Conv., Bro. Raphael Axisa SDB u Bro. Matthew Alfino SDB.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta qalu, “Fl-omelija l-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġiġhom jiftakru li b’din il-vokazzjoni, il-Mulej jimmarkhom bħala “qaddejja tal-verità, qaddejja tal-artal u qaddejja tal-fqar” kif ukoll ikunu ta’ eżempju. Talabhom iħallu l-verità tal-Kelma ta’ Alla tmexxihom f’ħajja ta’ talb, fejn jippreżentaw quddiem Alla d-dgħufija tagħhom u tal-umanità, u jiftakru li kull awtorità fil-Knisja hi servizz mibni fuq l-umiltà. L-Arċisqof stieden biex nibqgħu nitolbu għall-faqar, il-kastità u l-ubbidjenza, valuri li jibqgħu dejjem sfida għal soċjetà li tiġri wara l-flus u li tuża lill-bniedem bħala strument.”
Nagurawlhom minn qalbna!