Ftit tal-jiem ilu, il-preżentatur Ryan qasam mas-segwaċi tiegħu aħbar xejn sabiħa hekk kif kien jinsab l-isptar. Iżda illum, permezz ta’ kitba fuq il-paġna Ryan and Josmar, Ryan ħabbar li jinsab lura d-dar.
Hu qal, “Lura d-dar. GRAZZI minn qalbi tal-messaġġi kollha li rċivejt. Inħobbkom” fejn qasam ukoll ritratt ħelu immens tiegħu u tal-maħbub tiegħu Josmar flimkien mal-kelb tagħhom.
Ryan u Josmar huma żewġ preżentaturi li nafuhom fost l-oħrajn minn Sibtek u Big Brother.
Kuntenti immens li tinsab aħjar!
Ryan and Josmar