Bil-Filmat: X'Qed Jagħmlu Fl-Istess Kamra Shyli U L-Arċisqof Ta' Malta?

Il-mistiedna ta’ Serataron il-ġimgħa li għaddiet spiċċa jilagħbu l-logħba Minn Wara Dahrek? Logħba ħelwa fejn tinkludi diversi personalitajiet Maltin li jkunu qed jagħmlu xi ħaġa mhux tas-soltu jew inkella azzjonijiet tad-daħk.

Grazzi għall-edittjar tar-ritratti, kull sentenza li l-mistiedna u Ron kellhom jaqtgħu spiċċat fuq l-iskrin tagħna t-telespettaturi. Inkluż f’dawn is-sentenzi nsibu lil Lou Bondi, Edwin Vassallo, Fonzu l-Fenek, Eileen Monstesin, Freddie Portelli, Adrian Zammit u oħrajn.





Insomma f’wieħed minn dawn ir-ritratti tfaċċaw l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u r-rapper lokali Shyli li dan l-aħħar magħrufa li bdiet avventura kemxejn differenti, għalkemm għandna nistennew mużika ġdida mingħandha fil-ġimgħat li ġejjin.

Insomma… ħa nħallu lilkom taraw din il-logħba u tidħku ftit u taraw x’kienu qed jagħmlu dawn il-personalitajiet Maltin inkluż Shyli u l-Arċisqof!



Facebook / Claudette Buttigieg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI