Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istilla mondjali Jessie J ħabbret fuq Instagram li nstabilha bidu tal-kanċer tas-sider. Fl-aħħar 48 siegħa l-kantanta Ingliża saritilha operazzjoni, u issa aġġornat lis-segwaċi li tinsab għaddejja bl-irkupru tagħha d-dar.
“Din il-post fiha wħud mill-mumenti pożittivi u negattivi matul l-aħħar 48 siegħa. Dejjem se nuri l-aspetti tajbin u diffiċli ta’ kwalunkwe vjaġġ li ngħaddi minnu…”
Tirringrazzja lit-tim mediku li kien ta’ sostenn u għajnuna għaliha mill-bidu ta’ dan il-vjaġġ. “Qiegħda d-dar issa, biex nistrieħ u nistenna r-riżultati tiegħi… Ngħannaq lil kull min għaddej minn xi diffikultà bħalissa. Ser jirnexxielna lkoll!”
Segwu l-post hawn taħt. Kuraġġ dejjem Jessie, nibagħtulek tgħanniqa!
View this post on Instagram