Il-paġna Malta Police Force xerrdet messaġġ tassew ħelu li se jġiegħlek tbissem.
Intqal li fl-Iskola Primarja tal-Għargħur ġiet organizzata attività speċjali għall-istudenti bl-isem “Dress as Your Parent Day”, fejn it-tfal kellhom jilbsu bħall-ġenituri tagħhom.
Martina, bint l-uffiċjal tal-komunità PC Nathan Ciappara, għażlet li tilbes propju bħal missierha, uffiċjal tal-Pulizija. U jidher li għamlet dan b’ħafna kburija! Wara l-iskola, Martina żaret ukoll l-uffiċċju ta’ missierha, fejn ittieħed ritratt sabiħ tagħhom flimkien.
Il-Pulizija qalet li mumenti bħal dawn ifakkruna kemm dan ix-xogħol jista’ jkun sinifikanti, mhux biss għall-komunità, iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li jaraw u jitgħallmu mill-eżempju tal-ġenitur.
Prosit kbira lil Martina għal dan il-ġest tant sabiħ!
Fb/ The Malta Police Force