Bir-Ritratt: Persuna Taqbad Tinsulenta Lil Min Bagħtilha R-Riżultat Tal-Covid-19 – Għaliex?

Bħalissa l-akbar żewġ kelmiet li qegħdin jew jaħsduna jew ituna ferħa qisna rbaħna lotterija huma ‘pożittiv’ u ‘negattiv’. Għalkemm dik tal-ewwel tfisser xi ħaġa sabiħa u l-oħra viċi versa, ‘negattiv’ hi l-kelma li rridu nisimgħu meta nkunu qed nistennew ir-riżultati tal-Covid.

Imma x’ġara ġewwa l-Italja meta persuna irċeviet ir-riżultat tal-Covid-19?

Din il-persuna t’hawn taħt ġiet mgħarrfa fuq Whatsapp li rriżultat negattiv għall-Covid-19. Iżda għal xi raġuni fehmet totalment ħażin meta min bagħtilha r-riżultat qallha “inti negattiva”. Qabdet tinsulentaha u għal kelma waħda qaltilha komponiment sħiħ!

Ara daqsxejn!





Carlos Vega/Digital Trends/ digitaltrends.com



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI