Bir-Ritratti: Jinqabdu Fil-Fatt Iħammġu U Jarmu Bl-Addoċċ

Is-sindku ta’ San Ġwann, Trevor Fenech fuq il-paġna tiegħu lbieraħ qasam 3 ritratti ta’ żewġ persuni li ħallew warajhom diżastru sħiħ ta’ kaxxi wara li marru jpoġġuhom ħdejn il-bins tal-iskart riċiklabbli.





Fuq il-paġna tiegħu, is-sindku kiteb li dawn iż-żewġ irġiel inqabdu fil-fatt jarmu dan il-materja. Huwa faħħar lil LESA li ħadet azzjoni mill-ewwel. Hu kiteb, “Xogħol eċċellenti minn LESA, li mhux biss ħarġet multa, iżda iżgurat ukoll il-ħati jnaddaf. L-isforzi tagħna biex nagħmlu San Ġwann iktar nadif u sabiħ ikompli u aħna naddottaw politika ta’ tolleranza żero lejn din l-imġiba soċjali.”

Hemm bżonn li naraw aktar dixxiplina bħal din infurzata, dan taf jgħin sabiex iwassal biex pajjiżna jkun aktar sigur u nadif. Barra minn hekk, dak li jkun jaħsibha darba darbtejn qabel jagħmel xi kummiedja bħal din!

Facebook / Trevor Fenech Sindku – San Gwann



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI