Fil-Qawra għal xi raġuni mhux magħrufa ġġarraf ħajt u t-terrapin tiegħu spiċċa niżel fuq karozza pparkjata. Immaġina sid il-karozza x’qatgħa ħa xħin wasal lura fuq il-post!

Ritratt: Facebook / Edvinas minn Expats Malta
Jidher li l-ħajt ma kienx fuq pedament sod għax ħafna minnhom ċeda u donnu għeleb fuq naqa waħda bil-konsegwenza li spiċċa fuq karozza. Ħafna qed jgħidu li r-riħ qawwi wassal sabiex dan il-ħajt għeleb iżda malajr qamet diskussjoni u jgħidu li wieħed ta’ min jirringrazzja ‘l Alla li ma seħħitx diżgrazzja.

Ritratt: Facebook / Edvinas minn Expats Malta
Jidher li l-post li waqa’ dan il-ħajt fil-Qawra hu viċin skola u mhux l-ewwel darba li jkunu għaddejjin xi tfal minn ħdejh. Meta t-temp ma jkunx daqshekk jippermetti wieħed donnu għandu bżonn joqgħod aktar attent ma jmurx jispiċċa f’xi traġedja.
Facebook / Edvinas minn Expats Malta