Il-kantanta Moira Stafrace kienet dan l-aħħar fil-Ġappun – pajjiż maħbub minn ħafna. Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, hija qasmet l-esperjenza sabiħa tagħha.
“Ninsab kuntenta li naqsam l-avventura reċenti tiegħi magħkom għax kienet sempliċement maġika,” hi kitbet. “Il-Ġappun…mid-dwal tan-neon tat-toroq ta’ Tokyo…ir-reżiljenza ta’ Hiroshima…sal-irqad f’monasteru Buddista…ferroviji bullet lejn Osaka…is-sbuħija ta’ Kyoto…l-għeġubijiet ta’ Torii Gate…xadini tas-silġ…ċriev…mixi f’Nara…il-veduta mill-isbaħ tal-Muntanja Fuji…waqt li nagħmel ħbieb ġodda u memorji sbieħ li se jibqgħu mfakkra għal dejjem.”
Intom tixtiequ żżuru l-Ġappun?
Facebook / Moira Stafrace