“Bjorn Ilu 11-Il Sena Jiġġieled L-ALS… Għadu Determinat Li Jgħin Pazjenti Oħrajn” – Maria Formosa

Intervistata dalgħodu mill-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm TVAM, Maria Formosa li hi mart Bjorn li matul dawn l-aħħar snin serva ta’ ispirazzjoni għal bosta bil-ġlieda tiegħu kontra l-ALS, fissret kif għal żewġha hi l-missjoni ta’ ħajtu li jgħin oħrajn li bħalu qed jiġġieldu din il-kundizzjoni rari.

Maria rrikonoxxiet li llum il-ġurnata Bjorn għandu inqas enerġija milli kellu ftit snin ilu meta beda din l-inizjattiva iżda saħqet li madankollu d-dedikazzjoni ma naqsitx u żewġha għadu kommess li juża l-enerġija kollha tiegħu sabiex jgħin.

Mart Bjorn irriflettiet kif issa ilha madwar 11-il sena tgħix ma’ żewġha l-effetti tal-kundizzjoni krudili tal-ALS. Hi tistqarr li matul dawn l-aħħar snin tgħallmet kemm hu importanti li ma tiġġudikax għaliex ma tkunx taf mil-liema tbatija jkun għaddej il-bniedem fis-skiet.

Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-intervista sħiħa.







Ritratti:

TVMi / TVAM u Facebook / Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI